Niġġebbed.
Niġġebbed, nitmattar, nitwessa’ kemm trid
Iżd’int tgħafiġnix tagħmilnix trampolin
Il-libra
tal-laħam x’intik jien m’għandix
Bil-ħwejjeġ
imċerċra u nġenji mgħattnin.
Ma dwarek
trid tħares u tara intix
Qed twettaq
in-niżġa ta’ dan it-tħarbit
U twettqu
ma ħutek u sħabek fl-imkien
Kull wasla
għal għandek li kienet sikwit.
Niġġebbed,
nixxabbat nitwessa kemm trid,
Ħallili nifs
wieħed u lemħa bla kliem
Il-ħajja
mhux x’taħtaf u tieħu li trid
Iżd’għixha
fil-ħidma ma ħbiebek u fis-sliem.
Alfred
Grech
01/06/2022.
Comments
Post a Comment