Ruħ Ħielsa.

 

Imqar jekk bħali b’lixka nqbadt ġo gaġġa

Trid bħali tfittex tikseb il-ħelsien

U naf u mhux lakemm u taf tkun iebsa

Biex taqta’ mill-irbit u xejn ma kien.

 

Trid tħalli wkoll xi ftit mill-ġilda tiegħek

U tistenniex li toħroġ mingħajr grif

Għax tal-azzar issibhom il-konfini

U xkiel issib ma wiċċek bla taf kif.

 

Iżda tibżax u ara taqta’ qalbek

Il-ġlieda taf ma tkunx bħal dik li xtaqt

X’imkien f’xi ħin imbagħad l-irbit jinqata’

Jien hawn inkun nistenna l-ħin u l-waqt.

 

Alfred Grech

11/06/2022

Comments

Popular posts from this blog