Tħalliħx Jaħbilek l-Għada

 

Tħalliħx jaħbilek l-għada

Li jista’ jkun aħjar

Aktarx lilhinn mixxefaq

Tiddilek kewkba aħjar.

 

Tħalliħx jaħbilek l-għada

Id-dlam ta’ xjista’ jkun

Il-biża’ li tispiċċa’

X’imkien fejn ma tridx tkun.

 

Tħalliħx jaħbilek l-għada,

Għax għada ma nafuħx,

Għalkemm l-imħabba mietet

U l-ward li qtajt ma jfuħx.

 

Tħalliħx jaħbilek l-għada

Dan ħares ta’ bil-lejl

Xitan li xħin tmidd idek

Issib li ma fiħx kejl.

 

It-togħma tibqa’ qarsa

Fid-dlam ta’ lejl ir-ruħ

U jdum ma jisbaħ għada

Iżd’ int qatt m’int mirbuħ.

 

Alfred Grech

16/06/2022

 

Comments

Popular posts from this blog