Taqdef.

 

Illum ma jgħaddix

Għaliex marbut katina mal-bieraħ

U mal-għada u lanqas  għal min joqgħod ħiemed

Jostor is-saħħa li jħobb

Lilhinn mil-kliem

U dak li jgħidu n-nies.

 

Illum ma jgħaddix għal ruh il-ħassiebi

Li beda jgħix il-ħajja

U tgħallem kif mill-burraxki

Jislet il-qawsalli.

 

Ħafna drabi xrara waħda

Tkun biżżejjed biex tkebbes il-ħuġġieġa

Drabi oħrajn trid tinżel xita qliel

Inkella tkun tgħemiża li tiswa’ aktar

Minn mitt kelma.

 

Għajjiet issa tiela’ t-telgħa tal-kalvarju

Għax wieżnet kull toqol biex bħal ħaddieħor

Tħares fil-mera u tgħaraf lilha nfisha.

 

Iżda fil-baħar tas-skiet u dlamijiet

Taqdef kienet minn dejjem

U taqdef baqgħet.

 

Alfred Grech

11/06/2022

Comments

Popular posts from this blog