Thetis.

Erġa’ ħares f’għajnejja

U għidli li mhemmx għażla

l-ilħna mill-bpgħod m’għadhomx isejħu

jew ħajja mitluqa ta’ mħabba f’dirgħajk

inkella l-għarfien tal-eroj li jiġ mal-mewt.

 

Mara li tibdel surtek

U tħares fil-tul fil-qiegħ ta’ kull għodwa

Ġo baħar bla xefaq taħt sema mitbuq

Xi tkun dik il-qawwa li tbexxa fuq il-ferħ

U r-rieda li nasal sax-xifer tas-sies?

 

Erġ’għidli l-ġejjieni marbut ma tmiem il-ġrajja

Fil-glorja li tikber fit-tifkira mal-milja tas-snin

Jew l-għożża ta’ mħabba ta’ dik li  m’għadiex.

 

Qawwija l-ħuġġieġa li ħarrqet il-ħatab.

Jien ġbarthom il-bċejjeċ x’ħin tlaqt u ma ġejtx.

Għalina li ħolmna s-sabiħ dil-ħajja

Xejn ma tiswa’ u sakemm inti tibqa’ moħbija

Jien mhux ser naqra iżjed dwarek.

 

Alfred Grech

13/06/2022.

Comments

Popular posts from this blog