Fejn Jgħumu L-Ħsibijiet.
Fejn jgħumu
l-ħsibijiet
Baħar imqalleb
Jekk tħaffer
Il-qiegħ ma
ssibux
Bħal min
ikun se jegħreq
Il-ħabel ma
jaqbdux
Jien imbexxaq
il-bieb
Imma l-gaġġa
ma tesgħekx
Flimkien nistgħu
nitwieżnu
Kemm naqgħu
u ma naqgħux.
Bqajna
ngħannu
U bdejna
nqaddsu
F’nofs oasi
Dak kollu
li fih emminna
Dak li
mingħajru
Il-ħajja ma
tfisser xejn.
Alfred
Grech
01.07.2022.
Comments
Post a Comment