Ġejt
Għandek.
Ġejt
għandek
Biex int
toħodni ’l-hemm
Mis-suġġestjoni.
Kemm indumu
hawn
Intennu l-melodiji
Li tgħallimna
fi tfulitna
Mingħajr ma
nafu l-għaliex
Qiegħdin ngħannuhom.
Din hija
x-xtajta
Li fuqha
jinkaljaw il-bastimenti
Jiġġarfu t-torrijiet
U jitnaqqxu
l-kliem
Li dejjem
ridna nlissnu.
Alfred
Grech
29/07/2022.
Comments
Post a Comment