Il-Baħħ Jibilgħek.

 

Il- baħħ jibilgħek

Is-sħana tifnik

Irid ikun il-qmar kwinta

Li jifdik.

 

Dum kemm trid

Titbanfdal fuq il-bandla

Ta-dubju

Minn taħt il-mina

Trid tgħaddi

Inkella tegħereq

Fil-baħar tat-tiġrib.

 

Imqar li kont sirena

l-għana tiegħek

tqil wisq

u dellek jasal lilhemm

mix-xefaq ta’ xewqati.

 

Alfred Grerch

14/07/2002.

Comments

Popular posts from this blog