Il-Baħħ.

 

Sa fejn naslu?

In-ngħas giddibna

Kien ħmar il-lejl

Jew riefnu li ġarna miegħu?

Xħin għannaqtek ma sibtekx

Xħin ħaffirt ma sibtx il-blat

Xħin għodost ma sibtx il-qiegħ.

 

Drajniha t-triq tal-ġenna

Garigor sa fuq nett

Kanpnar mingħajr qniepen.

 

Il-baħħ ifittxek

Il-baħħ ifixklek

Il-baħħ jagħmlek nies

Imqar jekk qatt ma taf

Int min tassew int

Il-baħħ jgħinek tindifen.

 

Alfred Grech

05/07/2022.

Comments

Popular posts from this blog