Il-Ġenna Wkoll Tindara.

 

Il-ġenna wkoll tindara

Il-manna ta’ kuljum

Il-ħruq ta’ stonku jaqbdek

Kull mibdi jkun mitmum.

 

U dan ir-rumnz tagħna

B’tamiet l-eternita’

Niktbuh fuq sħab li jgħaddi

Mitluf fl-immensita’.

 

U jgħaddu l-maltempati

U jgħaddi l-jum sabiħ

U jgħaddu l-istaġuni

Daċ-ċirku u bli fih.

 

 U l-għana li ngħannilek

U dak li tgħanni int

Li jibqa’ għaddej għal dejjem

Jingħaraf u distint.

 

Sbuħitek mhix ta’ issa

Sbuħitek ma tmut qatt

Divina int, ta’ dejjem

F’dan l-univers distratt.

 

Għax dan mhux nar tat-tiben

Li jleħħ mal-inqas xrar

‘Mma ġamar illi jaħmi

Fil-kesħa ta’ Jannar.

 

Alfred Grech

15/07/2022.

Comments

Popular posts from this blog