Int Tbexxaq Ir-Rewwieħa.

 

Int tbexxaq ir-rewwieħa

Tal-ward u l-ġiżimin

U tferrex sħaba li jferraħ.

U nsiru  qaddisin

 

Mill-wied tad-dieq sejjaħtli

Biex nerġa’ nqum mill-ġdid 

Biex nerġa’ nibda nemmen

U nħaddan dak li nsib.

 

U nerġa’ nibda nkejjel

Il-bogħod li stajt imxejt

l-irdum minn fejn kont qbist

U l-ħajja li ħallejt.

 

Fanal int kont li tifrex

Ir-raġġi fl-ilmijiet

Li jnebbaħ poeżija

Fil-firxa a ta’ das-skiet.

 

Jien dak is-simulakru

Jurik x’għad jista’ jkun

Jien ġenju li jidhirlek

Jew noħroġ mill-flixkun.

 

Alfred Grech

16/07/2022.

 

Comments

Popular posts from this blog