Jekk Ma Tiġix.
Jekk ma
tiġix bħalma jiġi l-weraq
Fuq il-friegħi
aħjar ma tiġi xejn.
Jekk ma
tkunx id-dehxa li tqajjimni
Bħal barmil
ilma mwaddab fuq rasi
Aħjar ma
tqajjimnix.
In-nagħas
ħelu
U l-ħajja
ta’ pappagall li jtenni dak li jisma’
Aħjar mit-tweġba
għal mistoqsija.
Aħjar l-illużjoni
minn kull aħbar imxandra.
Mingħajr ħsejjes
is-sajjetti tiegħek
Mingħajr xita
l-qawsalli
Melodija mistħajjla
Taħbita bla
ħoss.
Xi kultant
jiġini ngħidlek
Qed naħlu
l-ħin
Fis-skiet
imbagħad tifhem aħjar
Dak li la
bil-fomm u lanqas bil-kitba
Ma naf
ngħidlek.
Alfred
Grech
09/07.2022.
Comments
Post a Comment