Jien Bqajt Ingfittex.

 

Jien bqajt infittex

Il-kwiekeb li jilmaw f’wiċċ l-ilma

Xħin inti tkun tfittex

It-tiġrib.

 

Dan il-logħob qed jogħġobni

Aliċe fl-art tal-għeġubijiet

Is-saltna tiegħek tan-nar u kwiekeb jiddu

U int sabiħa gfuq is-sbieħ

Bħal dell tas sħaba

Li tgħaddi minn fuq rasi.

 

Lanqas li kont xi alla

Tferrex il-ħalib ta’ sidirha

Biex tagħmel triq fis-serma.

 

Mit-tajn tal-art sawwartni

Imbagħad infaħtli

U issa bdejt intir.

 

Sirt arblu li ma jitmejjilx

Siġra li tisfida l-irwiefen.

 

Alfred Grech

23/07/2022.

Comments

Popular posts from this blog