Jien Skantat.

 

Jien skantat kif ħriġtni minn ġol-fosdqa

Imm’int xi trid?

Tiġini b’elf tweġiba

Jew tweġiba tgħid m’għandekx.

Tbexxaq il-persjana

Iżda w’rajja hemm siparju.

Ma nafx min qed jarana

Imbagħad mill-ġdid terġa’ titboqha’.

 

Tgħolli  l-pont levabbli

Tal-kastell tiegħek

Imbagħad arak mill-ġdid se tniżżlu

Bħall’kieku għamilt żball,

U tgħid lilek inifek

Imissek li kont taf.

 

Hemm ħafna x’nonġru

Jekk jiena u int irridu nieħdu sura.

 

Tinżilli għasel

Imma tibqa’ barxa fl-istonku.

 

Alfred Grech

13/07/2022.

Comments

Popular posts from this blog