Kellimni Fuq L-Imħabba.
Kellimni
fuq l-imħabba
Sabiex tiperswadini
Inneħħi kull
ilġiem
Inneħħi l-barrikati.
Kellimni
fuq il-ħabba
Biex bħalek
nibda nemmen
Fl-iħirsa
li qatt ma rajt
F’dawk
il-waqtiet
Li qatt m’għaddejt
minnhom.
Kellimni
fuq l-imħabba
Ħalli bħalek
inrabbi l-ġwienaħ
U t-tnejn
li aħna ninqatgħu
Mid-dwejjaq
ta’ kuljum
Mill-ħabs
li bnejna
U n-nies ta’
din id-dinja.
Kellimni fuq
l-imħabba
Ħalli ninġarru
t-tnejn
Mal-kapriċċi
Fuq baħar
ċatt
Taħt qamar
kwinta
Imqar jekk
in-nemus
Iqattagħna.
Alfred
Grech
07/07/2022.
Comments
Post a Comment