Dellijiet ta’ Skiet u Ħemda.
Dellijiet ta’ skiet u ħemda
Mgħarrqa f’baħar ta’ bla
kejl
Bi tbissima fuq il-bjuda
Jew fit-telqa ta’ bil-lejl.
U f’xi mkien tas-solitudni
Taħt l-istar ta’ swied
il-qalb
Jew mitluf taħt kewkba
siekta
Qalb il-wens ta’ ħafna talb.
Biex fuq zkuk is-siġar għerja
Tinbet xrara tad-divin
Bħal storduta tibda tfittex
Fejn ser tolqot u lil min.
Qalb l-imsaġar li jissieltu
F’din is-siegħa ta’ qawmien
Jiena nerġa’ nrabbi
l-ġwienaħ
U għal-għandek minnufih.
Din mhijiex it-tranżlazzjoni
Ta’ xi mit jew ħmar il-lejl
Din hi biss epifanija
Ewforija ta’ bla kejl.
Alfred Grech
27/08/2022.
Comments
Post a Comment