EFIMERA.

 

Quddiem il-bastjun  tiegħek

Kull għadu jitwerwer u jinħall

Jieqaf it-tiġrib kollu

U jien inħares lejn il-qawwa u l-kobor ta’ ġmielek

Kull għajn tiċċassa.

 

Int trid tibqa’ ninfa tal-iskandlu

Bint l-stħajjil

U ħaddieħor jaqta’ nifsu

Ilaħħaq mal-passi tiegħek.

Seħer li għaddi ta’ kuljum minn fuqi

Bħalma tgħaddi ż- żiffa mielsa

Ta’ nċens ifuh minn imnifsejja.

 

Għalkemm qatt ma jintela’ l-bir,

Kull qatra xita tgħodd.

 

 

Alfred Grech

19/08/2022.

Comments

Popular posts from this blog