Jekk Ma L-Art.

 

Jekk ma l-art int bdejt titmiegħek

Għad timtela’ ħmieġ bla qies

Jekk il-libsa li fasslulek

Saret togħġbok, int sirt nies.

 

Jekk stedintni fi Ġnien l-Għeden

Jiena niġi bla ma ndum

Għax hemmhekk mhux se jsibuna

Jonsbu nasba ta’ kuljum.

 

Jekk qed tħossok kif ħassejtek

Kif kont tħossok int u ddur

Bħal żugraga f’nofs l-ispazju

Żid il-ġiri kull ma jmur.

 

Trid tinħeba u trid tistaħba

Trid tistkenn mill isparar

Iżda dak mhux għajr il-biża’

Li tispiċċa fuq in-nar.

 

Alfred Grech.

26/08/2022.

 

 






Comments

Popular posts from this blog