Jien Ma Nafx.

 

Jien ma nafx nar aktar jaħraq,

Jien ma nafx agħar ġewx xi sjuf,

Jien ma nafx hemmx kalamita

Li tiġbidni lejn it-truf.

 

Ma narax id-dlam kif jinżel

Imma d-dlam hu qtar ir-ruħ;

Jien ma nafx għax filgħaxija

Jegħrqu l-kwiekeb f’baħar dmugħ.

 

Jien ma nafx għaliex din l-għanja

Li tgħallimna ta’ tfal żgħar,

Insejniha tlifna l-ħlewwa

Kull ma jmur sejrin għall agħar.

 

Tista’ twaqqaf din il-mixja

Tista’ twaqqaf, Le? Għaliex?

Mill-irdum għal isfel waddab

U lil ħadd tistaqsi: għaliex.

 

Alfred Grech

02/08/2002.

Comments

Popular posts from this blog