Lil Ommi.

 

U issa mqar jiena nħoss li m’għadnix magħkom

M’għadnix hawn

Għax qbist in-naħħa l-oħra tax-xmara

Fejn ma jimpurtax hekk għada

Baqax xi xemx li tista’ titla’

Inkella jekk l-ilwien li konna nżewwqu

Tilfux il-lostru tagħhom.

 

Issa ninsab fis-sotterran tal-griż

Fejn la hemm dlam u lanqas dawl

Fejn il-biki biss hu t-tnegħida

Illi toħroġ mir-ruħ li tibqa’ tnemnem

Bħal musbieħ tat-trapasss lejn l- għabex etern.

U hekk nista’ nibda ħajja ġdida

Minflok l-irxoxt minn bejn l-imwiet.

U issa bħal Scrooge

Nibda’ nara l-futuribbli.

 

Alfred Grech

08-08-2022.

 

Comments

Popular posts from this blog