Ma Rridhom Qatt Li Jgħaddu.

 

 

Ma rridhom qatt li jgħaddu

Dal-waqtiet riflessi fil-mera

Ta’ għadira rieqda u mhix imdardra

Fejn lanqas jibqgħu jgħoddu r-ritmi ħielsa

Ta’ vrus imbewsa.

 

Ma rridhom qatt li jgħaddu

Dal-waqtiet ta’ skiet imġiegħel

Imgeddsa qalb in-nagħas

Ta’ dinja li tillfet id-dawrien tagħha.

 

U lili ħadd ma jlumni

Jekk issa noqgħod ftit għal-ġenb

Impejjep il-ħolm ta’ droga mhix projbita

U nfesdaq il-ġagulatorji

Bħal meta ħsibt li sirt qaddis

Għax ksibt it-triq tal-ġenna.

 

Alfred Grech

09/08/2022.

 


Comments

Popular posts from this blog