Meta.
Meta kollox jibda’ jinten
U inti lanqas tibqa’ xxomm
Meta għan-niżla tibda nieżel
U ma mkien ma tista’ żżomm;
Meta kollox jidher wieqaf,
Meta tqum mingħajr aptit
ix-xemx tisreġ bla għarixa
meta s-sħana qed iżżid.
Tibda tħoss li wasal l-aħħar
U x’qed jiġri int ma tafx
Għax id-dinja ta’ madwarek
Tibqa’ għaddejja u ma tieqafx.
Alfred Grech.
25/08/2022.
Comments
Post a Comment