Mintix Ħielsa.

 

Mintix ħielsa li tagħmel dak li trid

Għalhekk qed tgħix il-gidba

Għaliex xħin tilgħab ma ħaddejk iż-żiffa

M’għandekx il-ħila tkisser

Il-ktajjen tal-waqtiet

U tinżel f’infern it-tqanqiliet

Li jsiru bżieżaq arja jinġarru mal-kurrenti..

 

Trid toqgħod tgħum fil-wiċċ

Bħal dgħajsa mingħajr qlugh

U bla moqdief miluqa

Fil-baħar tax-xewqat

U l-mewġ ta’ dak il-ħin.

 

Tinbela’ għax taf

Li dan maltemp efimerali.

 

Imbagħad tiġik il-leħma

Biex tikteb poeżija.

 

Alfred Grech.

20/08/2022.

Comments

Popular posts from this blog