Nixtieq Naf X’Inhu.

 

Nixtieq naf x’hinu għalik

Dan li tixrob mill-istess kalċi

Li minnu jiena nixrob.

Għalija dan velenu.

Għalik dan mhux ħlief sokor

U ħarba f’dawl  il-jum

Bejn tarġa’ u oħra

F’dan it-taraġ li ta’ kuljum nitilgħu.

L-għanja tiegħek tħammarli wiċċi

Għax saret il-maħbuba

Li tilfet it-triq

U kull ma baqgħalek

Huma l-ħsejjes minn taħt l-ilsien

Li jaħarbu jiġru

Fit-toroq ta’ djar mitluqa.

Aħna nibqgħu atturi kontra qalbna

F’dit-traġedja li ma bdejniex aħna.

 

Alfred Grech

12/08/2022.

 

 

 

 

 

 

 

Comments

Popular posts from this blog