Xadini.
Ix-xadini fuq s-siġar
Ħlief jixxabbtu ma jafux
Jew qed jagħmlu ta’
bir-ruħhom
Illi għadhom ma ntebħux.
Għax dawn moħħhom biex jixxabbtu
U jitilgħu biss il-fuq
Dan jagħmluh imqar in-nemel
Li jistaħba qalb ix-xquq.
Għax kemm tista’ titfa’
nemel
U tgeżżiżhom fuq xi iskoll
U kemm tista’ ttella’ bini?
Tagħna dad-destin ukoll.
Ejja nagħlqu wkoll għajnejna
Qisu mhu qed jiġri xejn,
Huma moħhom biex jixxabbtu
U aħna nibqgħu bejn ħaltejn.
Għax jekk dan hu tort tas-siġar
Inqaċċtuhom minnufih
Naqalgħuhom min għeruqhom
U niġbduhom sa mill-qiegħ.
U x-xadini mingħajr siġar
Fejn jixxabbtu ma jsibux
’kk mhux ma sies żellieq u niexef
U b’hekk jitgerrbu ma jdumx.
Alfred Grech.
24/08/2022.
Comments
Post a Comment