Aħna Li Npinġu S-Sema.
Aħna li
npinġu s-sema
bil-għana
ta’ kuljum
imbagħad
inniżżlu l-kwiekeb
f’kull vers
magħżul, mirqum.
Imbagħad
imbexxqu x-xefaq
biex
tgħaqqi żiffa riħ,
ftit ftit
nintrefgħu bdejna
bħall anġli
minnfiħ.
U xħin
idejna għaqqadna
għamilna
ċirku tond,
mad-dinja
dorna dawra
missejna
l-qiegħ fil-fond.
U b’hekk ta’
din id-dinja
ħallejna
wkoll l-irbit
tas-sema
sirna l-anġli
u
tbiegħedna mit-taħwid.
U jekk kien
għal waqt wieħed
inkella
kien fit-tul,
kull waqt
kien jiswa’ għal dejjem
fl-intensita’
mibdul.
Alfred
Grech
13/09/2022.
Comments
Post a Comment