Ikkalpestat Il-Ħsieb. Ikkalpestat il- ħ sieb u ma ristax i żż ommu . Il-fil inkandexxenti jaqsam sal-mudullum murtal tal-ftuħ għanjieti tikser is-skiet tal-lejl. Ma nafx kif għad irridu naslu fid-dlam l-aqwa li hemm il-beraħ tistenna li tirkeb il-mewġa li jmiss mhemmx ħtieġa ta’ simmetrija ta’ sbuħija għax ix-xatt qatt mhu fil-qrib jew tħalli l-mewġa tgħaddi u ssalva xorta waħda. Alfred Grech 10/06/2021.
Intom Li Tibżgħu Minna. Intom li tibżgħu minna Għax aħna l-misħutin Għaliex fil-kwadru tagħkom M’aħniex mal-magħżulin. Intom li fil-qdusija Żgur ma jgħaddikom ħadd, Għidulna ftit xi ħsara Jagħmlilkom dak kuntatt? Għidulna x’tafu fuqna Fejn morna aħna żmerċ, Jew kif qiegħdin narawha Ħajjitna marret żmerċ. Alfred Grech 07/05/2023.
Kardinal. U tista’ tilbes l-aħmar il-ħin kollu U ma tkun xejn għajr prinċep bħall-oħrajn U tibqa’ għaddej għax taħseb li ħadd bħalek U tinsa l-inti ukoll magħmul mit-tajn. U tista’ titla’ wkoll fuq il-bradella, U tgħid u tagħmel ħafna għeġubijiet. U tħoll bħal silġa ’l-kull min qed jisimgħek U taf li dan duħħan xħin tkun fis-skiet. U tista’ tagħmel naqxa bik innifsek U taħseb li b’hekk tkun sirt int qaddis In-nies tgħollik; tintefaħ bik innifsek U ma jkun xejn għajr kobba bit-tqasqis. Alfred Grech 11/12/2020.
Comments
Post a Comment