Illum Jum Ieħor.

 

Illum jum ieħor

Wieħed minn dawk li ma

Jingħaddux.

Bil-ġebel li tifgħali ma saqajja

Nibni ħitan ta’ sur

Inkella nitfixkel f’kull waħda

Minnhom u naqta’ qalbi.

 

Bħal meta kont nitbandal fuq mewġ il-baħar

Int kont tgħidli li l-ħajja hi din.

Jien kont naqdef b’saħħti kollha

Iżd’int tintelaq u ddub fil-fwar

Ta’ baħar jagħli bix-xema

Ta’ bla ġejjieni.

 

Issa li t-tnejn li aħna mxejna l-bogħod

Xi ftit, ir-rtimi tat-tnabar m’għadhomx ikiddu

Lir-ruħ taħt toqol it-tifkira

U l-melodiji ta’ mewġ il-baħar

Isikktu l-irwiefen tal-biża

U jiena u int nikkotemplaw

It-tmiem.

 

Alfred Grech

29/09/2022.

Comments

Popular posts from this blog