Jien Ma Nafx.
Jien ma
nafx għaliex din l-għanja
Li tgħallimna
ta’ tfal zagħar
Insejniha,
tlifna l-ħlewwa
Kull ma
jmur sejrin għall-agħar.
Tista’
twaqqaf din il-mixja
Tista’
tibda wkoll mill-ġdid
Iżda ssib
li issa w dejjem
Mank pulzier
ma tista’ żżid.
Tista’ tmur
u terġa’ tiġi
Iġġilidt u
mhemmx fuqiex
Mill-irdum
għal isfel twaddab
U lil ħadd
tistaqsi: għaliex?
Jien ma
nafx id-dlam kif jinżel
Imma d-dlam
hu qtar ir-ruħ
Jien ma
nafx għax filgħaxija
Jegħerqu l-kwiekeb
f’baħar dmugħ.
Jien
ħassejt li kelli ngħanni
Bħal
għasfur ma sbieħ il-jum
U nixtieq
li din ix-xewqa
Tibqa’ tiġi ta’ kuljum.
Alfred
Grech
10/09/2022
Comments
Post a Comment