Jiena Bħalek.
Jiena bħalek li tgħix waħdek
Ġo dil-kamra ta’ bla ftuħ
Jew fuq dgħajsa tiggalleġġja
Mal-kurrent u mingħajr
qlugħ.
Jew inħares lejn il-kwiekeb
Dlam il-lejl u qalb is-skiet
Jew nistaqsi x’inhu s-siwi
Jekk ma tqumx minn bejn
l-imwiet.
Xejn ma jibqa’ taqa’ l-ħemda
Twaqqaf b’kelma l-uragan
l-għada jisbaħ, tibqa’
għaddejja
xmara terra’ f’oċean.
Xejn ma jibqa’ taqa’ ħemda
Qisu qatt ma ġara xejn
Mank tifkira f’moħħ min
jibqa’
Dan l-istorbju kien għalfejn?
Alfred Grech
02/09/2022.
Comments
Post a Comment