Mingħajr Ma Nafu.
Mingħajr ma
nafu dħalna lkoll ġo nassa,
Qalulna:
inneħħu b’dan, ħasil il-flus
Naqilbu kollox
fuq id-diġitali
Għalfejn ma
jkollokx b’hekk iżżomm karus.
Min-nofs
inneħħu l-karti u ħafna ngombru
Għas-siġar
dan pass għaqli u ħabib
Ma tħabbilx
rasek li xi ħadd jisrqek
U hekk
jeħfief it-toqol u s-salib.
Mingħajr ma
nafu rbatna wkoll idejna
Għax smajna
minnhom – l-għerf ta’ Salamun.
Issa kull
pass li tagħmel jirreġistra
Issib li
tlift il-boxxla u tlif it-tmun.
Alfred
Grech
23/09/2022.
Comments
Post a Comment