Poetessa.
Lili
ġġielni nerġa’ nibda ngħanni
għax
lehinha mhux tas-soltu
u
t-tiċpisiet taż-żebgħa fuq it-tila
pennellati
tal-aqwa artist.
Mingħajr
il-partitura stajt immexxi
orkestra
sħiħa
l-aqwa li
nisma’ l-ewwel rifsiet
fuq
il-kordi.
Nibqa’
sejjer warajha bħalkieku
f’purċissjoni
jew marċja funebri
ta’ xi
reġina.
Is-seħer ma
jieqafx xħin tgħaddi
r-riħa tal-ward
li rmiet tul mixjitha
iżda wkoll
fil-diwi li tħalli
meta taqta’
xewqitha.
Alfred
Grech.
16/09/2022.
Comments
Post a Comment