Poeżija.

 

Kien ilha żmien tistenna

li jasal għad il-waqt

li jasal iż-żmien tagħha

u jseħħ dak li tkun xtaq.

 

Kien ilha żmien tistenna

jifetaħ il-kanċell

jew ħin bla waqt jiżbroffa

u jfawwar il-munġbell.

 

U riedet hi li toħroġ

biex togħola mas-smewwiet

bħal meta tifqa’ diga

joħorġu l-ilmijiet.

 

U jġorru kull ma jsibu

jikinsu wkoll kull xkiel

kull barrikati jwarrbu

u jifqgħu raba’ għammiel.

 

Hi baqgħet hemm tistenna’

xi ħadd jifħilha l-bieb

biex toħroġ minn ġol-gaġġa

f’titjira ta’ bla ħsieb.

 

U tgħanni l-isbaħ għanja

fil-beraħ ta’ bla truf

u l-arja bl-isbaħ għanja

timliha kull fejn tħuf.

 

Alfred Grech

16/09/2022.

Comments

Popular posts from this blog