Putin
Kif stajt
tagħmilha inti
ta’ twajjeb
kif magħruf
met‘inti lupu liebes
il-ġilda ta’
ħaruf?
Kif stajt
għall-dejjem tibqa’
il-qerq
tonfoħ fl-għajnejn
u tqarraq b’ta
madwarek
u dan kif?
u min fejn?
Il-ponta
tal-quċċata
li fuqha
qed tistrieħ
il-pedamenti
tagħħa
minsusa sa
mill-qiegħ.
U lanqas lin-nies
tiegħek
ma tista’
tbella’ l-qerq
l-għawar
malajr jikxfulek
u kollox
jidher serq.
U bdejt iġġiegħlma naħsbu
kull wieħed
impustur
dawk li
juruna s-sewwa
għalliema
bla favur.
Ma stajtx int
tibqa’ tidher
profeta ta’
kull żmien
għax
fl-aħħar qbist iċ-ċinta
u nkxift u
ġejt għarwien.
Ma stajt
tippriedka tibqa’
u tgħid
għal waħda tnejn
fis-sewwa
mbagħad tmur taħbat
għal min m’għamillek
xejn.
Ma stajt
tkun aktar l-anġlu
tas-sewwa
l-paladin
għax xħin
fik bdejna nemmnu
intbaħna li
mqarrqin
Il-wiċċ li
kont turina
ma kienx ta’
xi brikkun
Ta’ min
jilħaqlu moħħu
u mhux ta’
xi mbruljun.
Iżd’issa
l-maskra waqgħet
u nafu int min
int
ma tantx
hemm fejn tinħeba
jekk mhux f’xi
labirint,
Ma stajtx
issaltan tibqa’
fis-saltna
tax-xitan
Tal-gideb u
l-imbrolji
u l-ħżuż
fuq il-ħitan.
Alfred
Grech
11/09/2022.
Comments
Post a Comment