Xejn Iżjed.
Xejn iżjed
ma jiżbokka
Għax kollox
donnu ndara
U xejn ma
jista’ jqanqal
U jbiddel
dak li ġara.
U ma jkun
hemm xejn aktar
Fit-toroq
li ħallejna
Ħlief dehra
ta’ min għejja
Bit-toqol
fuq spallejna.
U xejn ma
jkun li jkisser
Din il-monotomija,
Qanpiena ddoqq
it-tokki
Ġo bitħa freneżija.
Alfred
Grech
29/09/2022.
Comments
Post a Comment