Xħin.

 

U xħin ma sbieħ il-jum ix-xewqa tmurlek

li tgħix jum ieħor, xi jżomm din il-valanga

li tisfronda s-sisien u tkarkar magħha

dak kollu li ta’ xkiel issib fi triqtha.

 

Issir taf li d-destin qed jikkalpesta

it-tamiet tagħna. Tista’ terġa’ ttenni:

O Frugħa tal-frugħat u  kollox frugħa.

Jiemna saru waqtiet ta’ nsett jittajjar

minn fuq warda għal fuq l-oħra

b’tat-tamiet il-kundanna u dak kollu

li sal-lum kien iżommna fuq saqajna.

 

Iggranfati mal-aħħar zokk ta’ siġra

nittamaw f’dak li jmieri t-twemmin tagħna.

 

Alfred Grech

06/09/2022.

Comments

Popular posts from this blog