X’sar Minnhom Il-kwiekeb?
X’sar
minnhom il-kwiekeb
Xħin bdejna
nirtgħodu
Il-ħolm
illi ħlomna
Xħin sebaħ
filgħodu.
X’sar
minnhom il-ħrejjef
Li tant
konna ntennu
Dak l-għana
li jkarkar
Inraqqdu u
nbennu.
Għax miegħk
kaxkartni
U bdejt
naħseb bħalek
Fil-limbu
ta’ għodwa
Xħin ġejt wara
darek.
Jien ħtieġli
li nemmnek!
X’sar
minnhom il-kwiekeb
Il-karru u
ż-żiemel
Li fuqhom
kont riekeb?
Alfred
Grech
26/09/2022.
Comments
Post a Comment