Ħafifa din Li Taħfer.
Ħafifa din
li taħfer
U qisu qatt
ma kien,
Xħin jgħaddu
l-għawġ u l-qirda
U l-ħerba
kullimnkien.
Ħafifa din
li tinsa’
U qisu qatt
ma kien
U tagħmel
ta’ bir-ruħek
Li sewwa
kullimkien.
Ħafifa din
li taħseb
Li dax-xadin
qattiel
Xi darba
għad jitgħallem
U ma jibqax
ħalliel.
Għax aħna
bħal fidili
Kemm tista’
tkun żbaljat?
Li temmen l’hemm
xi ħaġa
Li żżommok
obbligat.
Għax mhemmx
għajr allat foloz
L toħloiq bit-twemmin
Li tista’
għalihom tagħmel
Id-debħa
tal-bnedminj
Alfred
Grech
08/10/2022.
Comments
Post a Comment