Fejn hu r-riefnu Ii xi darba kien iqanqal ħewwa fiha

Il-bard u t-tkexkix ta’ min qed jiġi ndukrat mingħajr ma jaf

Iħirsa mistħajjla fettuq tat-tfulija li l-kbar irnexxielhom

Inisslu fis-subkonxju tagħna.

 

Jiena l-passi tqal fid-dlam tal-lejl ħassejthom riesqin     

Iżda xħinn ma rajt lil ħadd u xejn ma ġara

Kollox kien fieragħ

Kollox kien mistħajjel

Bħal leħen tal-kuxjenza

li kien jinbidel ma kull dawra tal-kantuniera

jew żegliga tal-arloġġ.

 

Jiena ridt ukoll insib it-tifsira f’dil-kakafonija

Ta’ kliem żlugat, diżintegrat  u mifrud minn xulxin

Biex nibda’ mbagħad mistagħġeb

Kif kont għadni ma naf xejn

U kemm fqira kienet il-viżjoni tiegħi.

 

Stħajjilnti fiċ-ċokon u fl-innoċnza tiegħi

Li ma stajt qatt nikber u nilħaq

Il-ġiganti tal-imgħoddi

U sobgħien dħalt lura ġo qoxortu

U qtajt qalbi.

 

Iżda żmien bi żmien intbaħt

Li dak il-kliem stunat u mifrud minn xulxin

Ma kienx għajr l-espressjoni ħielsa ta’ ruħ

Li ma kelliex il-kliem ieħor titkellem

Mal-ħlejjaq kollha tal-ħolqien

U tgħid dak li tassew kienet qed tħoss

Għax il-kliem fqir.

 

Alfred Grech.

21/10/2022.

Comments

Popular posts from this blog