Ibħra.
Ibħra kbar hemm jifirduna
xtut li jibqgħu sejrin sal-infinit
deheriet li jinħallu fit-traġedji ta' kuljum
fil-ħsibijiet konfużi
li joħolqu versi mtennija
għax intagħġinna f'lembija differenti
għeruqna f'ħamrija oħra
ma stajniex il bastimenti norbtu
għax l-irmiġġi ma jaqblux
il-portijiet li minnhom salpajna ma jiltaqgħux
u fil-firmament ta' moħħna
hemm sħab qatt ma jiċċarrat
mhemmx dinja li trid tingħaqad
hemm biss id-dwejjaq
li tiltaqa' man-nies.
Alfred Grech
18/10/2022
Comments
Post a Comment