Jien Hekk Emmint.
Jien hekk
emmint ukoll li għada jisbaħ
U jiena w’int
gasafar maħrubin
U xejn ma
nagħtu kas ta’ x’jista’ jiġri
Nittajru u
niġġerrew. Żewġ maħbubin.
Jien hekk
emmint mill-ħsibijiet konfużi
Li geġwiġija
f’moħħi lejl u nhar
Xi ħaġa
tibqa’ għal min irid jaqrani
Miġbura dawn
fi ktieb ma jinqarax.
Hawnhekk
qiegħdin fl-irqieq ta’ xafra taqta’
Mexjin miżien
fuq ħabel issikkat
Illum muntanbja
ward xtaqt inwaddablek
Għada ma
nafx. Din drawwa l-issa ndrat.
Kif tridni
nsir gwerrier tal-kawża tiegħek
Jekk jiena
nħossni dgħajjef, ma nerfax
It-toqol
illi bih tgħabbejt fil-mixi
Ta’ dan
il-vjaġġ li tmiemu ma narax.
Alfred
Grech
20/10/2022.
Comments
Post a Comment