L-Allat Jgħixu għal dejjem.
Id-daqq
tal-qniepen mingħajr żiffa ma jasalx
Jekk tqiegħdni
ġewwa l-ġrajja
Aktarx li
ma noqgħodx
Jekk tiġi
bil-musbieħ tul-it-triq
Aktarx li
ma nsegwikx
Issa għalfejn
qed tonfoħ id-desert
Ta’ ruħi
Jekk ir-riħ
nixxef
L-għeruq
tal-ħajja?
Iż-żmien
jgħaddi għalxejn minn fuq is-sura
Għaliex fil-bjuda
ta’ sbieħ il-jum
l-allat
jgħixu għal dejjem.
Alfred
Grech
14/10/2022
Comments
Post a Comment