Lanqas Jafu X’Qiegħdin Jgħidu.

 

Lanqas jafu x’qiegħdin jgħidu

Lanqas jafu dan x’inhu,

Jafu biss li ġirja waħda

Mingħajr ħadd ma jaf fejn hu.

 

Lanqas jafu dawn x’laqgħathom,

Lanqas jafu kif imur

Jafu biss li qed jinġarru

Qed iduru daqs pinnur.

 

Lanqas jafu dawn x’iridu

Lanqas jafu x’għandu jkun

Li trid taħseb dejjem b’moħħok

Toħroġ ġenju mill-flixkun.

 

Jafu biss li qiegħdin jgħixu

Il-jiem tagħhom magħdudin

Kollha ċassi, aljenati

Lanqas jafu fejn sejrin.

 

Alfred Grech

04/10/2022.

Comments

Popular posts from this blog