M’Għadnix Niflaħ.
Inħossni m’għadnix
niflaħ
il-qawwa
tal-kurrenti
għalhekk ta’
kull filgħodu
dulur jixpakka
l-menti.
It-toqol ta’
jum ieħor,
il-baħħ
tal-eżistenza
ix-xejn li
qed infittex
fi ħdan
l-omnipreżenza.
Aktarx li m’għadnix
niflaħ
it-telgħa
tal-kalvarju
it-toqol li
nġorr miegħi
u t-tul ta’
dal-binarju.
Għalhekk f’dil-geġwiġija
nistaqsi
liema xorti
ġabitni f’dan
l-ispazju
fejn ħadd
ma jissaporti.
Alfred
Grech
02/10/2022
Comments
Post a Comment