Nirien Ix-Xemx.
Nirien x-xemx jintfew u
l-baħar Jiskot
Iħabbat bieb il-blat
mingħajr tweġiba
Tkaxkarni lura lejn
ix-xtajta tieghek
Bid-dieq ta’ dak li jien
ħallejt warajja.
Mal-għabex tibda tixref
dinja ġdida
Bħal dik li konna ntennu taħt
xi bozza
Kulħadd iħarref, jaqla’
wkoll minn żniedu
Għax l-aqwa li kulħadd kien jgħix
bla ħażen.
Ma nbdel xejn minn dak
iż-żmien ta’ fidwa
Il-ħrejjef għadna ntennu
xorta waħda
U fl-għabex ta’ ħajjitna
ngħannu għanja
Li ma tkunx dik taċ-ċinju f’taf ix-xmara
Iżda l-eloġju għal dil-ħajja
sfiga
Li għexna, xempju għal jiġi
wara.
Alfred Grech.
23/10/2022.
Comments
Post a Comment