Poeżija Slam.
Jista’ jkun
li ma temminx biżżejjed
It-twmmin
mhux ħaġa ta’ kuljum
Qabża fid-dlam
mhux lakemm tagħmilha
Imqar jekk
taf ittir.
Ma temminx
biżżejjed fik innifsek
Għalhekk minflok
torqod u tistrieħ
Toqgħod tilgħab
il-logħoba
Kif ser
tidher ma ħaddieħor.
Il-kpiepel
li tilbes jiġukx
Jjixirqulekx
Sakemm ma
tibdiex temmen fik innifsek.
Jista’ jkun
li ma temminx biżżejjed
Bżajt tagħmel
il-qabża li kien imiss
U bqajt
imwaħħal fil-grampun ta’ dak li taf
U dak lli
dejjem jiġri
Bżajt tidħol
f’dinja ġdida
Id-dinja
ġdida ma tidħolx għaliha
Mill-bieb
ewlieni tal-kastell
Qagħadt lura
u ma għedtx dak li kellek tgħid
Għax ma
tafdax ilsienek
Għax ibnek
ma jieħux il-promozzjoni li ħaqqu
Għax għada
tiġi bżonnhom
Ghax qalulek
li dak ma jirbaħlu ħadd.
Jista’ jkun
li ma temminx biżżejjed
Għax it-triq
tidher twila
Għax it-taraġ
għoli wisq
Għax ikollok
tqum filgħodu kmieni
Titħasseb,
tfassal, tippassiġġa
Għax sibtek
sewwa fil-bejta
Li ssawret
u kibret madwarek
Imqar jekk
il-ħadid tal-gaġġa
Ifixklek milli
tmid il-pass li jmiss
U jista
jkun li ma temminx biżżejjued
Għax meta
emmint intbaħt li daħku bik.
Alfred
Grech.
25/10/2022.
Comments
Post a Comment