San Dimitri.

 

It-Tajr jittajjar ħdejn San Dimitri

għasafar tal-ħtif inkella gawwi jerġa’ lura mbikkem.

Qabżuħ l-għoli li wieħed jista’ jogħla

u ma jintlaqatx miċ-ċomb tal-kaċċaturi

’l-fuq mill-ġagulatorji li jwaddbu lejn is-sema

in-nisa għawdxin mill-Għarb il-ġew li xebgħu jagħmlu wegħedi

u fjuretti li jiżżersqu ma kull sies irdumi tal-inħawi

immarkati bl-iħirsa tal-imgoddi.

Ebda tajra ankrata mill-ħsibijiet ta’ ħjut li ma jidhrux

ma trid tinqata mill-art għaliex iż-żiffa tal-muża

ċaħditilhom ix-xintillla

li biħa setgħu jisplodu bil-ferħ

u għaliex ebda waħda minnhom ma tixbaħ il-poeżija tagħna

O muża tiegħi li tiġi meta jiftillek

imwielda fil-lament tal-aħħar nifs qabel ma tinfeda

biex terġa’ lura ġo ġuf ommha.

Għaliex il-poeżija ssib il-faraġ tagħha xħin titbiegħed

mill-bini ffullat ta’ dawn il-ġżejjer,mill-purċissjoni ta’ vetturi

stallati. mill-għajjat tal-folla għatxana għal nifs wieħed

ta’ arja pura u ftit wisa’ fejn tista’ tinsa’ li qiegħda tgħix,

u mill-krejnijiet li jisfidaw is-sema ikħal nir aktar milli

jisfidaw it-tajr jokorbu għal żiffa rih.

Issa bdejna wkoll infittxu l-inħawi minsija

biex il-padruni jistgħu igawdi xi ftit tas-skiet

imċaħħad lilna l-plebej li tifna l-waqtiet tal-ħemda tagħna.

Aħna li m’ għażilniex li nkunu fil-platea waqt ir-reċtar ta’ dan id-dramm

antik niżżilna s-siparju biex ma narawx aktar l-isfdreġju

tal-ftit bil-ħasara tal-kotra

u sabiex noqgħodu nikkuntemplaw żminijiet oħra

imgħoddi aktar trankwill . . .

nixtarru.

 

Alfred Grech

16/10/2022.    

Comments

Popular posts from this blog