Sekwenzi.

 

Illum kun af, m’għadux iż-żmien tal-gwerer,

It-tinda tagħna bnejna b’kull raġun

Bil-ħaqq sawwarna qafas u l-ġustizzja

Ta’ mingħajr għamad ta’ mingħajr staġun.

 

Għax xbajna nkunu xhiedha ta’ dax-xeni

Palazzi  mġarrfa, hofor u midrubin

xbajna naraw katavri li jinqalgħu

minn fossa waħda fejn ġew mixħutin.

 

Xbajna naraw il-ħidma tal-imxajtna

ta’ min ħajjet in-nies jikkalpestaw

min jaħseb kbir, minfuħa daqs bużżieqa

u bit-terrur lill-kotra jimmansaw.

 

Issa jinħtieġ lil jqum min jieħu ħsiebu

u jegħleb darba għal dejjem dad-dragun

lin-nies ta’ rieda tajba jagħti l-ħeġġa

u ’l-ħażen niġġielduh kull fejn ikun.

 

Alfred Grech.

15/10/2022.

 

 

 

Comments

Popular posts from this blog