Siekta Llum Il-Poeżija.
Siekta llum l-poeżija
Għax forsi ndrat u għalhekk
tista’tikteb li trid
Għax kollox jgħaddi
Għax xejn mhu ġdid
Tindaqq għalxejn is-sonata
Ii traqqad in-nies
Għax ma tispiċċa qatt
Għaliex hawnhekk u f’dawn
l-inħawi
Qajla hawn lokha.
Siekta llum il-poeżija
Bħas-skiet ta’nżul ix-xemx
Li qabel ma tintebaħ tkun ġa
staħbiet wara x-xefaq
U kull ma jibqa’ biss
it-tifkiriet ta’ jum ieħor
Minn dawk li fihom xejn ma
jiġri
U inti tħossok dejjem
tinġarr minn ferrovija għaddejja
Fuq binarji li ma jwasslu
għal imkien.
Siekta l-poeżija u sieket
il-poeta
Għax l-għammieq ta’ tmiem
il-jum
Hu fond bla qiegħ u ma jgħoddx
Għall-min iħobb jgħum fil-wiċċ
Bħal bżieżaq tal-arja i
jinfaqgħu wara ftit.
Stajt daqqejt kunċert sħiħ
U fl-undjenza kulħadd
jongħos
Iżda mhux f’waqtiet ta’
glorja
Waqtiet t’eżultazzjoni
Fejn jiġu ppremjati biss
l-anġli li ma rvellawx
jew dawk il-magħżulin
u l-bqija jintradmu taħt
is-sedimenti
tal-istorja.
Alfred Grech
30/10/2022.
Comments
Post a Comment