Stennejtek.
Stennejtek
se tiġi u tgħidli bl-aħbar
Aħjar ma
tiġix aħjar ma nkunx naf
Hekk qiegħed
niżżeffen fuq branda ta’serħ
Imdendel ma
pindlu joxxila fl-itraf.
Aħjar kont
farfett il-lejl bla ma naf
Nistgħad u
nikkaċċja għal xi ġurdien
Inkella kont
wieħed minn dawk li darbuk
U nerġa’
nistaqsi l-bidu l-bidu fejn kien.
Għax kieku
nintrefa’ il-fuq u ninġarr
Inġorr diadema
u f’ħoġri qaddis
Stennejtek se
tiġi u tgħidli xi trid
Minflok infaħt
nefħa u sibtni bla pis.
Bħal-lum
xtaqt infaħħrek
Inkella ndur
bik
Bħal-lum
irrid ngħidlek
Mhux ser
nittradik.
Alfred
Grech
29/10/2022.
Comments
Post a Comment